Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg għaddiet messaġġ ta’ mħabba u apprezzament lil żewġha Andrea Nurchi f’għeluq sninu.
F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, Rebecca awguratlu u ddeskrivietu bħala l-persuna li dejjem issibha hemm f’ħajjitha. Hi esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejh u għall-affarijiet iż-żgħar kollha li jagħmlu l-ħajja tagħhom speċjali.
Apparti l-messaġġ mill-qalb, hi tfakkar din l-okkażjoni sabiħa billi taqsam ftit mill-mumenti sbieħ li għaddew flimkien. Awguri mill-qalb Andrea!