“It-Tielet Poeżija Mingħand In-Nanna” – L-Attriċi Pauline Spiteri Bugeja F’Għeluq It-Tliet Snin Tan-Neputija

Pauline Spiteri Bugeja

Dalgħodu l-attriċi Pauline Spiteri Bugeja awgurat liċ-ċkejkna neputija Stella Chiara, li tagħlaq tliet snin. Bla dubju huwa jum indimentikabbli meta għamlitha nanna.

Pauline tikteb, "Awguri f'għeluq sninha lil Stella tagħna li llum tagħlaq 3 snin! It-tielet poeżija mingħand in-Nanna. 29-9-2026." Qasmet anke l-poeżija li kitbitilha, fejn fost il-kliem tesprimi kemm jaħsbu fiha u kemm ikunu ħerqana biex jarawha.

Bħal-lum tliet snin Pauline qasmet l-aħbar sabiħa li saret nanna għall-ewwel darba, jum li ma tinsa qatt. Awguri lill-prinċipessa Stella Chiara!

Ritratti:

Facebook/ Pauline Spiteri Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI