Waqt TVAM il-mistiedna ddiskutew il-mistoqsija ‘kieku int single… tidħol Love Island Malta?’Dan hekk kif nhar il-Ħadd li ġej ser ikun qed jibda r-raba’ staġun. Il-mistednin jitkellmu dwar dak li normalment naraw waqt dan il-programm.
Fost il-mistednin kien hemm Antonella Vassallo, li stqarret li kieku kellha tieħu sehem f’xi reality show, Big Brother iħajjarha. “Jinteressani Big Brother kieku jistaqsuni,” tgħid Antonella.
Il-mistiedna jitkellmu dwar id-dehriet li naraw, fejn ħafna minnhom ikunu żgħażagħ żgħar u attraenti. Antonella ssemmi l-messaġġ li ħafna drabi joħroġ minn programmi ta’ dan it-tip.
Int x’taħseb dwar dan?
Facebook/ Antonella Vassallo