Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret il-maratona Oħloq Tbissima 2025, fuq il-paġna uffiċjali ħabbru s-somma finali, li turi kemm għal darb’oħra l-Maltin u l-Għawdxin taw il-kontribut tagħhom.
“Il-maratona Oħloq Tbissima 2025 ġiet fi tmiema! Inġabret is-somma sabiħa ta €441,590. Grazzi lil kull min ta l-kontribut permezz tad-donazzjoni tieghu.”
Xerrdu ritratt tal-preżentaturi u tat-tim kollu, ferħanin u grati għall-għajnuna li ġiet mogħtija mill-poplu kollu. Prosit lil kulħadd!