Tħalli Din Id-Dinja Jenny Zammit, Waħda Mill-Membri Fundaturi Tal-Malta Association For The Counselling Profession

Il-Malta Association for the Counselling Profession (MACP) ħabbret b’sogħba l-mewt ta’ Jenny Zammit, kollega u waħda mill-membri fundaturi tal-assoċjazzjoni. F’messaġġ ippubblikat fuq il-midja soċjali, l-MACP esprimiet id-dieqa tagħha għal din it-telfa. "Huwa b’sogħba kbira li l-Malta Association for the Counselling Profession saret taf bil-mewt tal-kollega tagħna u membru fundatriċi, Jenny Zammit."

L-assoċjazzjoni wasslet ukoll il-kondoljanzi tagħha lill-familja u lil dawk kollha li kienu qrib Jenny tul ħajjitha. "Inwasslu l-kondoljanzi mill-qalb lill-familja tagħha, lill-ħbieb, lill-kollegi u lil dawk kollha li ħajjithom messet. Ħsibijietna jinsabu magħhom f’dan iż-żmien diffiċli," kitbet l-MACP, qabel temmet bil-kliem, "Jalla tistrieħ fis-sliem."

Intant, oħt Jenny ħabbret ukoll id-dettalji tal-funeral tagħha, li se jsir nhar it-Tnejn 10 ta’ Awwissu fid-09:30 fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar. "Il-funeral tal-għażiża oħti Jenny Zammit se jsir nhar it-Tnejn 10 ta’ Awwissu fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar fid-09:30. Grazzi lil kulħadd tal-messaġġi ta’ faraġ li bgħattu f’dan iż-żmien diffiċli," kitbet oħtha.

Kondoljanzi lill-familja, qraba, ħbieb u kollegi ta’ Jenny f’dan il-mument ta’ niket.

Ritratti:

Facebook / St Monica Vocal Ensemble

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI