"Grazzi Lil Kull Min Jemmen Fina, Lil Kull Min Jagħtina Ċans… Inħarsu ’l Quddiem B’Qalb Mimlija Gratitudni" – Ryan U Josmar

Fost il-proġetti li kellhom matul din is-sena l-preżentaturi Ryan u Josmarl, ilbieraħ ġew magħżula jippreżentaw il-Golden Bee Awards.

Huma jiktbu, “Il-ħajja hi vjaġġ – mimlija mumenti sbieħ, oħrajn diffiċli, imma huwa f’dawk il-mumenti li nitgħallmu l-aktar. Kultant mal-ġenn tal-ħajja ninsew naprezzaw dak li hu verament importanti.”

Ikomplu, “Grati għal xulxin, għal kull opportunita’, u għall-ħajja. Grazzi lil kull min jemmen fina, lil kull min jagħtina ċans, u lil dawk li dejjem jiftakru li quddiem kull kamera hemm nies—li jitgħallmu, jittamaw, u jkomplu jimxu. Illum inħarsu ’l quddiem b’qalb mimlija gratitudni”

Ninsabu ħerqana biex inkomplu naraw is-sehem tagħhom fix-xena lokali tal-ispettaklu! Prosit Ryan u Josmar!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI