"Grazzi, Ma" – Sarah Zerafa B'Ritratti Fil-Mumenti Sbieħ U Dawk Anqas Sbieħ

L-apprezzament mhux dejjem nuruh u sabiħ li nuru l-gratiduni tagħna lejn dawk l-aktar qrib tagħna. M'hemmx bżonn paragrafi u diversi sentenzi ta' kliem. Kelma waħda kultant tkun biżżejjed u m'hawn xejn isbaħ mill-kelma grazzi.

Sarah Zerafa xeħtet numru ta' ritratti ma' ommha tul is-snin, ritratti mill-Malta Fashion Awards u avveniment oħra, inkluż ma' dawn il-mumenti s-sbieħ kien hemm ukoll ritratt li jidher li ttieħed meta Sarah kienet l-isptar.

View this post on Instagram

A post shared by Sarah Zerafa (@sosazerafa) on Sep 2, 2019 at 8:13am PDT

Ħafna drabi nduru fuq il-familjari fil-mumenti diffiċli iżda sabiħ li magħhom niċċelebraw il-mumenti ta' suċċess u ma niddejaqux nuru apprezzament. Kelma waħda taf itella' lil xi ħadd is-sema u mhux ħa toħdilna ħafna ħin.

Tiddejaqx tispira ruħek mill-post fuq instagram ta' Sarah u tgħid grazzi lil xi ħadd li forsi ma turihx l-apprezzament li jixraqlu ta' spiss. Naħseb li lkoll nagħmluha dil-ħaġa.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI