“Grazzi Mill-Qalb Tar-Rispons Enormi Li Qed Tagħtuna Waqt Ix-Xandiriet Diretti Tal-Programm ‘Bonġu Malta'” – Gordon Bonello

2025

Gordon Bonello, f’isem Angie Laus u l-produzzjoni u t-tim tal-programm Bonġu Malta esprimew l-apprezzament sinċier tagħhom għar-rispons pożittiv li qed jirċievu mill-pubbliku għax-xandiriet diretti tal-programm.

Dan qed jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq l-istazzjon nazzjonali. F’dikjarazzjoni, intqal li għalihom huwa ta’ pjaċir kbir li jippreżentaw u jenfasizzaw dak kollu li jiddistingwi l-identità Maltija, filwaqt li jżommu kumpanija mat-telespettaturi fid-djar tagħhom.

“Għalina huwa pjaċir kbir li nesponu dak kollu li jagħmilna Maltin u nżommulkom kumpanija. L-appoġġ tagħkom huwa s-saħħa tagħna! Grazzi mill-qalb ta’ kollox!”

Prosit lit-tim kollu wara dan il-programm tant għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin.







Ritratti:

Facebook/ Bonġu Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI