Illum jaħbat għeluq snin l-attriċi Vivienne Caruana. Magħrufa fil-partijiet tagħha fis-serje Ipokriti, KC u Santa Monika fost oħrajn. Vivienne illum tagħlaq 67 sena u bdiet il-ġurnata b’talba u ringrazzjament lil Alla.
Din waħda mix-xeni ta’ Vivienne fil-parti tagħha ta’ Jessie waqt Santa Monika.
Fil-verità Vivienne, mara ta’ qalb twajba, simpatika u b’karattru liema bħalu! F’messaġġ kitbet:
“Bongu lil kulħadd. Grazzi Mulej li qajjimtni llum 14 ta’ Novembru, jum it-twelid tiegħi. Grazzi Mulej! Nitolbok biex tkun miegħi matul din il-mixja biex tressaqni dejjem lejk. Amen” tikteb Vivienne.
Awguri mill-qalb Vivienne!