Padre Guilherme Jiltaqa’ Mal-Arċisqof Charles J. Scicluna Qabel Il-Wirja Tiegħu Fl-Għaxaq Music Festival

L-entużjażmu qed ikompli jikber għall-wasla ta' Padre Guilherme f'Malta, hekk kif dalgħodu kellu laqgħa mal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Palazz tal-Arċisqof fl-Imdina. Il-laqgħa saret wara stedina li għamillu l-Arċisqof Malti, u kienet waħda mill-ewwel impenji uffiċjali tiegħu waqt iż-żjara tiegħu f'Malta, miegħu ngħaqad Fr. Rob Galea li mistenni jagħti kunċert f'Għawdex.

Intant, il-partitarji qed iħejju ruħhom għall-wirja tant mistennija tiegħu fil-Għaxaq Music Festival, li se ssir għada u mistennija tattira folla kbira ta' dilettanti tal-mużika. Qabel il-kunċert, iżda, Padre Guilherme se jkun qed jieħu sehem ukoll f'ċelebrazzjoni reliġjuża. Fil-fatt, illejla se jassisti fil-quddiesa tas-18:30 fil-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija f'Ħal Għaxaq.

Iż-żjara tiegħu qed tgħaqqad żewġ aspetti li għalihom huwa magħruf madwar id-dinja – il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu u l-passjoni għall-mużika elettronika, li biha kiseb popolarità internazzjonali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI