“Grazzi Rose Tax-Xogħol Kbir Li Għamilt B’Risq Il-Komunità Bormliża.” – L-Eċċellenza Marie-Louise Coleiro Preca

Marie-Louise Coleiro Preca

L-Eċċellenza Marie-Louise Coleiro Preca kitbet messaġġ ta’ gratitudni kbira lejn persuna li tant taħdem għal Bormla – Rose Caruana. Hi żaritha bħala parti mit-turija ta’ apprezzament lejn il-kontribut prezzjuż tagħha li ma waqaf qatt, anke bi ftit għajnuna.

“Grazzi Rose tax-xogħol kbir li għamilt b’risq il-Komunità Bormliża. Żgur li bħal dan iż-żmien jjnħass in-nuqqas tiegħek mix-xogħol fuq il-platti tar-ross u l-melħ għall-wirja tal-Passjoni li tittella d-Domus.”

Marie-Louise tkompli, “Il-ġimgħa li għaddiet żort lil Rose Caruana li ħadmet ħafna għal Bormla. Minkejja li llum tieħu ħsiebha Bintha Noleen, għadha taħseb kif tista’ tgħin lin-nies.”

Prosit Rose!







Ritratti:

Facebook/ Marie-Louise Coleiro Preca

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI