F’komunikat uffiċjali Fgura United F.C. jiktbu, “Il-plejer Alan Abdel Rahman ġie rilaxxat mill-isptar u ser ikun qed ikompli jiġi segwit fil-kura tiegħu. Sadanittant, il-plejer Dylan Caruana għadu rikoverat l-isptar, fejn qed jirċievi t-trattament meħtieġ minn diversi professjonisti. Il-Klabb, f’konformità mal-istqarrija preċedenti, jappella sabiex tiġi mħarsa l-privatezza tal-familjari f’dawn iċ-ċirkostanzi delikati.”
Huma jżidu, “Barra minn hekk, il-Klabb qed jieħu l-miżuri professjonali neċessarji sabiex joffri sostenn lill-atleti u lill-istaff tiegħu. Il-Klabb jixtieq ukoll jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn il-komunità tal-futbol u l-pubbliku inġenerali għall-appoġġ u l-viċinanza tagħhom. Fl-aħħar nett, il-Klabb ser ikompli joħroġ aktar komunikati skont il-ħtieġa u għaldaqstant jitlob li kulħadd juri maturità u jevita kull spekulazzjoni bla bżonn f’dawn iċ-ċirkostanzi.”
Dan il-komunikat għaddewh wara li l-Ħadd li għadda kitbu, “F’incident sfortunat lejn tmiem il-loghba mic-Challenge League, Fgura United kontra St. Andrew’s milghuba fil-ground tac-Centinarju illumm, zewgt players minn taghna kellhom kuntrast fejn ħabtu ras ma ras bejniethom, bil-konsegwenza li kellhom bzonn jigu rikoverati l-isptar. F’dan il-mument difficli ninsabu vicin il-players u l-familjari taghhom bit-tama li jkun hemm rizultati medici konfortanti.”
Facebook / FGURA UNITED FC