Illum il-familja tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jiċċelebraw okkażjoni speċjali! Fil-fatt tagħlaq sninha martu Deborah u għall-okkażjoni xtaq iħallilha messaġġ mill-qalb.
“Nawgura minn qalbi lil marti Deborah f’għeluq sninha! Grazzi ta’ l-imħabba u s-sapport li tagħti lil familtna kull ġurnata u f’kull jum li jgħaddi. Clint u Ana”. Hu jħalli dan il-messaġġ f’isem bintu Ana wkoll, waħda mill-isbaħ grazzji li kellhom f’ħajjithom.
Clint jitfa’ ritratt sabiħ tiegħu u ta’ martu Deborah u kienu bosta li kkumplimentaw lil din il-koppja ħelwa u awguraw l-isbaħ xewqat lil Deborah. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb!