Glen Vella dalgħodu ħabbar aħbar ta’ diqa għalih u għall-familja kollha tiegħu, hekk kif zijuh għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Glen ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali sabiex isellem lill-għażiż zijuh u joffri l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lil zitu u anke lill-kuġini tiegħu.
Glen kiteb, “Kondoljanzi sinċieri lill-familja Vella tagħna b’mod speċjali z-zija Doris Vella u l-kuġini Stephen Vella u Pierre Vella u l-familji tagħhom. Ziju Genju tir ‘il fuq u ltaqa’ ma’ ommok, il-maħbuba tagħna Nanna Carmena u Nannu Ġuzeppi, oħtok iz-zija Irene, iz-zija Marica u l-iżgħar eroj tagħna fil-ġenna l-kuġin Desmond. Grazzi tal-appoġġ li dejjem urejtna. Sakemm nerġgħu niltaqgħu Zi.”
Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha f’dan iż-żmien xejn faċli għall-familja Vella.
Facebook / Glen Vella