Il-Parroċċa ta’ San Publiju, il-Furjana, sellmet b’qalb tqila lil Ms. Maria Mamo, magħrufa minn ħafna bħala “Ms. Mamo”, li ħalliet warajha memorja ta’ dedikazzjoni u ħidma fil-komunità.
Il-parroċċa fakkret kif, sakemm saħħitha ppermettietilha, Ms. Mamo tat lilha nnifisha b’impenn kbir għax-xandir tal-Kelma t’Alla, b’mod partikolari permezz tal-Azzjoni Kattolika.
Il-ħidma tagħha kienet ta’ formazzjoni għal ħafna persuni li kellhom l-opportunità jitgħallmu u jikbru spiritwalment permezz tagħha. Huma snin ta’ servizz li, kif tfakkar il-parroċċa, żgur ħallew marka fil-ħajja ta’ dawk kollha li ltaqgħu magħha.
“Il-Mulej jagħtiha l-premju li tant jistħoqqilha,” qalet il-parroċċa waqt li wasslet ukoll il-kondoljanzi tagħha lill-familja kollha. L-aħħar tislima lil Ms. Mamo se tingħata nhar il-Ħamis li ġej fid-9:15am fil-Knisja Arċipretali tal-Furjana.
Facebook/Parroċċa San Publju Floriana