“F’Perjodu Ta’ Ġimagħtejn Tlift Xagħri Kollu” – Sue Caruana Tirrakkonta L-Vjaġġ Twil Tagħha Bl-Alopecia

Sue Caruana qasmet messaġġ personali dwar il-vjaġġ tagħha bl-alopecia, kundizzjoni li bdiet taffettwaha meta kellha 16-il sena u li aktar tard wasslet biex tilfet xagħarha kollu. “34 sena ilu, f’perjodu ta’ ġimagħtejn, tlift xagħri. Ma’ kull ħasla u ma’ kull darba li kont noxomtu, kien jaqa’ ponn pon sakemm ma kien baqa’ xejn,” irrakkontat Sue.

Hi spjegat li inizjalment kienet tbati minn Alopecia Areata, iżda ta’ 22 sena l-kundizzjoni żviluppat f’Alopecia Totalis. Għal Sue, li kienet persuna mistħija u bi ftit kunfidenza fiha nnifisha, din il-bidla kienet diffiċli ħafna. L-ewwel snin ġabu magħhom ukoll kummenti u reazzjonijiet koroh minn nies oħra. “Kien hemm min jaqsam it-triq biex jevitani, u ma kontx nitħalla nitkellem mat-tfal għax kont se nbeżżagħhom,” kitbet. Fl-istess waqt, kienet kontinwament tistaqsi lilha nnifisha, “Għaliex jien?”

Wara snin tipprova ssib parrokka li tħossha komda biha, u perjodu tilbes bandanas u xalpi, Sue eventwalment għażlet li tagħmel tattoo fuq rasha u tagħmlu parti mid-dehra tagħha. Il-vjaġġ lejn l-aċċettazzjoni kien wieħed twil. “Għadni nistaqsi ‘għaliex jien?’, għadni nsibha diffiċli, iżda llum hija ħafna aħjar milli kienet.”

Sue temmet billi rringrazzjat lil dawk li baqgħu maġenbha matul is-snin, anke meta oħrajn kienu jħarsu lejha, “Lil dawk kollha li kienu hemm għalija, grazzi!”

Ritratti:

Facebook / Sue Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI