"Grazzi Tal-Imħabba Kollha Bla Tarf Li Wrejtni Matul Is-Snin…" – Alexia Lil Keith Demicoli F'Għeluq Sninu

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-ġurnalist lokali Keith Demicoli li mhux l-ewwel darba jew tnejn rajnieh ukoll jippreżenta avvenimenti kbar. F’dan il-jum il-mara tiegħu Alexia ħallietlu messaġġ tassew ħelu.

Alexia kitbet, “Kieku wieħed kellu joqgħod bilqiegħeda u jispjega l-kwalitajiet li s-sieħeb jew sieħba tagħhom għandu jkollhom idealment, jien ċert li l-lista ta’ kwalitajiet tinkludi affarijiet bħal imħabba, kura, ġentilezza, simpatija, saħħa, ħniena, intelliġentezza, ħabrieka, ambizzjoni, umoriżmu… u ftit dik il-persuna tkun taf li tkun qed tiddeskrivik!”

Hi tkompli tgħidlu, “Grazzi tal-kura u l-imħabba kollha bla tarf li wrejtni matul is-snin. Jien kburija ħafna bik! Nawguralek ħafna aktar snin ta’ ferħ, suċċess u saħħa tajba. Awguri f’għeluq sninek l-imħabba tiegħi.”

Aħna f’isem Gwida.mt ningħaqdu ma’ Alexia sabiex nawguraw lil Keith Demicoli l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI