"Grazzi Talli Tajtni Lil Ħija L-Kbir Lura… Kont Naf Li Ma Tlifnikx" – Claudia Faniello Lil Ħuha Fabrizio

Qiegħda takkumpanja lil Fabrizio Faniello waqt il-maratona organizzata minn Caritas, hemm oħtu Claudia. Fil-fatt il-kantanta xeħtet ritratt flimkien ma’ ħuha flimkien ma’ messaġġ mill-isbaħ.

Grazzi Caritas Malta u dawk kollha involuti fl-impenn sabiex jagħtu sostenn holistiku lil dawk kollha li jirrikorru għal ħafna servizzi li joffru. B’mod speċjali grazzi lilek Fab, grazzi talli tajtni lil ħija l-kbir lura. Fil-fond ta’ qalbi kont naf li ma tlifnikx għal kollox anki jekk kien hemm is-sofferenza u t-tama kienet diffiċli biex insibha.”

Claudia taqsam kliem ta’ tifħir għal ħuha u tgħid li hi lesta li tibqa’ tkun hemm għalih f’kull pass li jagħmel. “ Fit-tlajja’ u l-inzul ahna maghqudin, mhux quddiemek, mhux warajk imma hdejk sabiex ingawdu l-frott li tant hdimt ghalih. Grata li jien ohtok, kburija bik u b’dak kollu li sawrek.”





Bħalissa għaddejja maratona b’risq il-Caritas li fi tliet sigħat l-Caritas ġabru mitt elf ewro. Għin lil Caritas tkompli tgħin lil uliedna ma jibdewx jieħdu d-droga billi tagħti donazzjoni fuq:

  • 5100 2035 – €20
  • 5190 2089 – €50
  • 21331000 – Pledge line



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI