Wara li lbieraħ tat l-aħħar tislima lil binha li kien għad kellu biss 3 snin, illum omm iċ-ċkejken Nate weriet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li għenu sabiex setgħet titwettaq ix-xewqa tagħhom li binhom jiġi kremat.
“Grazzi lil dawk kollha li kienu magħna f’dan il-mument diffiċli,” saħqet l-omm fejn irringrazzjat ukoll partikolarment lil dawk li taw id-donazzjonijiet sabiex titwettaq ix-xewqa tagħhom li binha jibqa’ magħhom għal dejjem.
Huma wkoll appellaw lil kulħadd sabiex jitlob għalihom hekk kif bħalissa qed jibku t-telfa ta’ binhom.
Kuraġġ!
Ritratti: Facebook / Lara Mallia