Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom, il-kulleġġ ta’ San Alwiġi – Malta awguraw lil grupp żgħażagħ subien li qed iservu fil-Vatikan bħala abbatini.
Huma kitbu, “Grupp ta’ abbatini minn Malta bħalissa qed iservu fil-Vatikan bħala abbatini. Mil-lemin għax-xellug: Luca Mercieca Hounsell, student tal-mediċina, Julian Agius Scicluna Form 3, Enrico Bonavia Form 2 u Luigi Formosa Form 5. Awguri għal esperjenza mill-isbaħ.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom mill-qalb għal din l-esperjenza unika li żgur se tibqa’ mnaqqxa f’qalbhom għal dejjem. Se jkollhom iċ-ċans jagħmlu tant ġid fil-komunità u jsaħħu l-fidi tagħhom f’Alla. Malta hi kburija mmens bikom u aħna wkoll verament eċitati għalikom! Awguri!
Facebook / St Aloysius College – Malta