Tema kurrenti li dan l-aħħar sirna nisimgħu fuqha aktar ta’ spiss minħabba n-nuqqas ta’ għarfien li hawn hi l-ambjent. Grupp ta’ żgħażagħ ħassew il-ħtieġa li jingħaqdu biex jgħallmu lil ta’ madwarhom fuq l-importanza tal-ambjent u jaħdmu flimkien biex isebbħu l-ambjent tal-Gżejjer Maltin!
Clean & Green hi għaqda magħmula minn żgħażagħ bejn l-età ta’ 11 u 21 sena. L-għaqda bdiet wara li żagħżugħ innota n-nuqqas ta’ għarfien dwar l-ambjent u xtaqt li joħloq bidla. Minn hemm bdiet Clean & Green li llum il-ġurnata qed tkompli tikber fil-membri u xxerred aktar għarfien.
Dan il-grupp qed jorganizza ‘clean-up’ kull sitt xhur fuq il-bajja tar-Rinella flimkien mal-ERA ħalli l-iskart li jinġabar jiġi sseparat u mniżżel fuq is-sit elettroniku tagħhom. Iż-żgħażagħ jiltaqgħu kull ġimgħatejn biex jiddiskutu u joħorġu b’ideat li jistgħu jsebbħu l-ambjent.
Clean & Green huma determinati li jaħdmu ħalli joħolqu differenza fil-pajjiż!

Ritratti: Facebook/Clean & Green