Giorgia Mae tista’ tgħid hija t-tifla li serqet qlub il-Maltin u l-Għawdxin, id-daħka simpatika, ġenwina u innoċenti tagħha dejjem niżlet għasal. Illum huwa jum tassew speċjali għaliha għax qed tiċċelebra għeluq sninha.

Ritratt: Facebook / Robert Abela
Giorgia Mae illum għalqet disa’ snin, hi twieldet fis-26 ta’ Frar tal-2012 u hi l-unika wild tal-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela. Giorgia Mae tiċċelebra għeluq sninha proprju ġimgħa eżatt wara l-bużnanna tagħha, Lukarda li l-ġimgħa li għaddiet għalqet 91 sena.

Ritratt: Facebook / Robert Abela
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nieħdu l-opportunità sabiex nawguraw lil Giorgia Mae l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata sabiħa mimlija b’dak kollu li tixtieq.
Facebook / Robert Abela