Il-preżentatur lokali magħruf Luke Dalli qasam messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali hekk kif sellem lil ħabib li ħalliena. B’kliem li jolqot direttament il-qalb, kiteb, “Ħallejtna kmieni wisq ħabib tiegħi. Grazzi tal-memorji, u tal-ħbiberija sinċiera. Strieħ.”
Il-messaġġ tiegħu juri n-niket ta’ telfa kbira, iżda wkoll gratitudni għall-mumenti sbieħ u għall-ħbiberija vera li qasmu flimkien. F’inqas minn ftit sentenzi, wassal sentiment li ħafna setgħu jidentifikaw ruħhom miegħu.
Dwar l-istess telfa, ukoll ħarġet stqarrija uffiċjali minn Floriana F.C., li sellmet lil Julian Attard, figura magħrufa fil-klabb. Il-klabb qal li b’dieqa kbira qed jibki t-telfa ta’ Julian Attard, persuna stmata u rispettata fil-familja Furjaniża. Fakkru fil-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu bħala eks Amministratur tal-Klabb u manager tat-tim taż-Żgħażagħ, kontribut li se jibqa’ mfakkar b’gratitudni.
Floriana FC esprimiet ukoll il-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familja, lill-ħbieb u lill-għeżież tiegħu f’dan il-mument diffiċli, filwaqt li saħqet li l-memorja tiegħu se tibqa’ sors ta’ ispirazzjoni.
F’isem it-tim ta’ Gwida insellmu l-memorja ta’ Julian u nittamaw li l-familjari u l-ħbieb isibu s-sabar f’dan iż-żmien xejn faċli għalihom.
Facebook / Julian Attard