“Ħallejtna… Naħseb Dwarek Kuljum. Nimmisjak Terribilment.” – Rebecca Dimech

Xi kultant ninsew li l-atturi li naraw fuq it-televiżjoni kollha għandhom il-ħajja personali tagħhom, bit-trawmiet u d-diffikultajiet tagħhom. U l-attriċi Rebecca Dimech mhux inqas. Rajniha tinterpreta b’mod eċċellenti l-karattru ta’ Septa fl-Għarusa.





Imma għalkemm imdorrijin narawha fl-ispotlight, Rebbeca llum fakkret trawma li għaddiet minna seba’ snin ilu.

“F’dan il-jum fis-16.30pm seba’ snin ilu ħallejtna mamà. Naħseb dwarek kuljum. Nimmisjak terribilment. Naf li inti kuntenta fejn qiegħda għax tgħidli u tħallili s-sinjali. Nimmisjak ħafna, ħerqana għal dik il-ġurnata fejn ngħannqek miegħi u nbusek ma’ wiċċek kollu ta’ selvaġġa li jien. Oħti Maria u jien nimmisjawk ħafna. Inħobbok mamà.”



reb
Ritratt: Facebook/Rebecca Dimech

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ noffru solidarjetà miegħek Reb. Il-mamà żgur li qed tħarsek minn hemm fuq.

Facebook/Rebecca Dimech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI