“Ħallik Mill-Mowbajl, Iffoka Fuq L-Imħabba” – Filmat Ħelu Li Jwassal Messaġġ B’Saħħtu

Transport Malta kemm-il darba jwasslu messaġġi b’saħħithom rigward is-sigurtà fit-toroq tagħna. Din id-darba qasmu filmat li jappella attenzjoni fis-sewqan, fl-okkażjoni ta’ San Valentinu.

Fil-Filmat jiktbu, “Ħallik mill-mowbajl, iffoka fuq l-imħabba. F’jum San Valentinu, u dejjem… ħu ħsieb. Aħsibha Darbtejn.” Il-filmat ħelu juri koppja li jagħmlu dan, u juri tifla li wkoll taf dwar din l-importanza.

Tajjeb li dan l-appell jibqa’ jinxtered kemm jista’ jkun! Nieħdu ħsieb dejjem, għall-ġid tagħna u ta’ dawk ta’ madwarna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI