Ħames Snin Ilu Ħalliena L-Mibki Joseph Debono – Insellmu L-Memorja Tiegħu

Joseph Debono

Bħal-lum ħames snin ilu bqajna bla kliem hekk kif waslet l-aħbar li Joseph Debono ħalla din id-dinja. Kien għadda minn żmien ta' tbatija kbira speċjalment minħabba l-kundizzjoni ta' saħħtu. 

Lil Joseph nibqgħu niftakruh bħala raġel li ispirana lkoll, u baqa' kuraġġuż sal-aħħar. Matul ħajtu min jaf kemm lissnilna tbissim fuq fommna bit-talenti tiegħu.

Ċertament li ħafna jiftakruh waqt Xarabank bil-karattru tiegħu ta' James Bondin. Apparti minn hekk rajnieh parti minn produzzjonijiet kemm televiżivi u anke teatrali. Fost l-oħrajn hu ħa sehem fl-ewwel staġun ta' Dejjem Tiegħek Becky.

Insellmu l-memorja ta' Joseph. Għal dejjem f'qalbna għażiż.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI