Bħal-lum sitt snin ilu ħalliet din id-dinja l-attriċi u preżentatriċi Margaret Agius fl-età ta’ 67 sena wara li kienet ilha tiġġieled kontra l-marda tal-kanċer. Margaret kienet twieldet ġewwa l-Awstralja, fuq il-Great Barrier Reef, u ġiet Malta ta' 7 snin.
Kitbet poeżiji u anke kitbiet oħra fosthom il-ktieb In Your Embrace biex taqsam l-esperjenza tagħha. Hi tkellmet dwar dan waqt intervista li kellha lura fl-2019 waqt il-programm Prime Time preżentat minn Owen Bonnici.
Lil Margaret rajnieha f’diversi drammi u sensiliet bil-Malti, fosthom Emilja. Gizelle, Sorelle, u Tereża. Ftit wara li ħalliet din id-dinja, waqt is-serje Sorelle kienet ġiet imfakkra l-memorja tagħha f’waħda mix-xeni tas-serje.
Strieħ fis-sliem għażiża Margaret. Għal dejjem f'qalbna!
Facebook/ Evelyn Saliba La Rosa