Hemm għeluq snin li jfakkarna kemm jgħaddi ż-żmien, iżda oħrajn ifakkruna kemm hi prezzjuża l-ħajja. Hekk seħħ ilbieraħ, wara li mara azjana, Nena, għalqet l-età sabiħa ta’ 104 sena!
Din l-okkażjoni sabiħa ġiet iċċelebrata wkoll mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva, Deo Debattista, li flimkien ma’ dawk preżenti mar iżur lil Nena ġewwa San Vinċenz biex jaqsam magħha dan il-jum tant importanti.
104 sena jfissru, aktar minn seklu ta’ ħajja. Ifissru memorji, stejjer, mumenti ta’ ferħ, sfidi u esperjenzi li ffurmaw il-vjaġġ tagħha tul is-snin. F’età bħal din, kull sena li tiġi ċċelebrata hija rigal tassew prezzjuż. Nena hija xhieda ħajja ta’ ġenerazzjonijiet li għaddew u ta’ dinja li nbidlet quddiem għajnejha.
Minn qalbu, it-Tim ta' Gwida.mt, jawgura lil Nena aktar saħħa, paċi u mumenti sbieħ mdawra bl-imħabba ta’ dawk ta’ madwarha!
Facebook/Deo Debattista