"Happy Birthday Illum Lill-Għażiża Mary Zarb, Li Ħafna Jiftakruha Bħala Omm Sossy!" – Eileen Montesin Tawgura Lil Mary Zarb F'Għeluq Sninha

Illum tagħlaq sninha l-attriċi bravissima Mary Zarb, li rajnieha f'sensiliet bħal Sossy, Undercover, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Żeża tal-Flagship, Il-Misteru tan-Nannu Ton, u Santa Monika.

Bint Mary hi l-attriċi maħbuba Frida Cauchi, u n-neputija tagħha hi Carly Zarb, li rajnieha taħdem magħha fl-istess sensiela Il-Ministeru tan-Nannu Ton.

"Happy Birthday illum lill-għażiża Mary Zarb, li ħafna jiftakruha bħala omm Sossy!," tikteb Eileen. Xerrdet anke filmat meħud mis-sensiela Sossy, li kien tant segwit mit-telespettaturi Maltin u Għawdxin.

Awguri mill-qalb Mary!

Facebook/ Frida Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI