“Happy Birthday, Jan. Inħobbok Dejjem” – Matt Muxu Lill-Mibki Kuġinuh Jan Pace Fl-Ewwel Għeluq Sninu Minn Meta Ħalliena

Matt Muxu

Is-sena li għaddiet, fost iż-żgħażagħ li tlifna, kien hemm Jan Pace. Jan kieku llum jiċċelebra għeluq sninu. Dan hu l-ewwel jum twelidu minn meta ħalla din id-dinja.

Jan jiġi kuġin tal-kantawtur Matt Muxu Mercieca, u hu ddedikalu messaġġ għall-okkażjoni.

“L-ewwel għeluq sninek it-tajjeb fis-sema, ħi. Nimmisjak kuljum, imma l-impatt tal-imħabba tiegħek jibqa’ ħaj f’kull min kellu x-xorti li jkun jaf id-dawl sabiħ li tagħti. Happy Birthday, Jan. Inħobbok għal dejjem.”

Insellmu l-memorja ta’ Jan f’jum għeluq sninu. Kuraġġ dejjem lil Matt Muxu u l-familjari kollha f’dawn il-mumenti b’ħafna emozzjonijiet.







Ritratti:

Facebook/ Matt Muxu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI