"Happy Birthday Lill-Aktar Mara Inkredibbli Li Naf… Tajtni Mħabba, Saħħa, U Għerf." – L-Attriċi Nakita Grima Lil Ommha

L-attriċi Nakita Grima kitbet messaġġ mill-qalb għal persuna speċjali immens għaliha, l-għażiża ommha. Illum tiċċelebra għeluq sninha u xtaqet tesprimi kemm kemm tfisser għaliha.

“Happy Birthday lill-aktar mara inkredibbli li naf. Illum, mhux biss qed niċċelebraw għeluq sninek, iżda l-persuna sabiħa, b’saħħitha u mimlija kompassjoni li int. Il-kliem qatt mhu se jkun biżżejjed biex nesprimi kemm tfisser għalina. Tajtni aktar mill-ħajja. Tajtni l-imħabba, is-saħħa u l-għerf li sawru l-persuna li jien illum.”

Nakita tapprezza kulma tagħmel ommha għalihom kif ukoll tqisha bħala appoġġ u sostenn kbir speċjalment fil-mumenti diffiċli. 

Awguri mill-qalb!





Facebook/ Nakita Grima



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI