L-attivista Anna Vella tisħaq li determinata li tkompli tieħu ħsieb ta’ kemm tista’ qtates abbandunati sabiex tipproteġihom minn dawk li m’għandhomx għal qalbhom l-annimali daqstant u minflok ifittxu li jweġġgħuhom.
“Jien se nibqa’ naħdem għalihom sal-aħħar nifs imma mhux faċli,” tisħaq l-attivista li ssemmi kif ilha għal diversi snin taħdem għal dawn il-qtates “minn x’ħin jisbaħ sa x’ħin jidlam”.
Anna titkellem ukoll dwar kif il-problemi sabiex wieħed ikompli jieħu ħsieb ta’ tant annimal abbandunati huma kbar iżda madankollu tisħaq li se tibqa’ determinata li tgħin.
Prosit lill-attivista Anna Vella!
Ritratti: Facebook / Anna Vella