Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Jorge Grech ilbieraħ tard filgħaxija sellem lil Nenu. Nenu minn Ħaż-Żabbar u min jaf kemm-il darba, in-nies tal-lokal xtraw ħut mingħandu. Ħafna kienu dawk li jirrispettaw lil Nenu tant li għalihom kien parti mill-identità tar-raħal! Tant hu hekk li kien hemm min qal, “It-toroq tar-raħal tilfu biċċa mill-identità tagħhom.”
Is-sindku sellimlu b’erbat ikliem mill-isbaħ, “Ħaż-Żabbar jitlef wieħed minn uliedu. Nenu daqshekk rajniek bi tbissima tbiegħ il-ħut fiċ-ċentru tal-lokal, fejn kulħadd kien jistenniek ġej bil-ħut frisk. Żgur li l-għajta tal-bejgħ tiegħek ser tibqa’ tidwi fil-memorja ta’ ħafna Żabbarin. Strieħ fis-sliem Nenu! Kondoljanzi lill-familja kollha.”
Strieħ fis-sliem Nenu! Kondoljanzi lill-familja u sħabek! Ibqa’ ħarishom minn fejn tinsab!
Facebook / Jorge Grech