Il-preżentatur Joseph Chetcuti jappella lill-għaqdiet kollha tal-baned f’Malta u Għawdex inklużi dawk l-għaqdiet kollha tal-armar u tan-nar sabiex ikunu parti mill-attività tal-għoti tad-demm.
Din ser issir nhar is-Sibt 28 ta’ Frar fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi G’Mangia u tibda fid-09:00 sal-17:00. Dawk li se jkunu qed jagħtu d-demm, għandhom iġorru magħhom il-karta tal-Identità.
“Ħbieb intom tkunu l-veri eroj li se noffru demmna għal ħaddieħor li lanqas għandna l-iċken idea min hu jew min hi. Ejja kuraġġ ħbieb u rrid narakom nhar is-Sibt li ġej fit-28 ta’ Frar mid-09:00 sal-17:00 fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi G’Mangia.”
Prosit Joseph ta’ dan l-appell.