“Hekk Ser Nibqgħu Niftakruk… Tidħak, Tiżfen, Tkanta… Inħobbuk Nann… Ħu Ħsiebna Minn Hemm Fuq” – L-Attur Elliot Micallef

Nanna ta' Elliot

L-attur Elliot Micallef ħalla messaġġ fuq il-profil tiegħu, hekk kif sellem lill-għażiża nanna tiegħu li ħalliet din id-dinja.

F’messaġġ mimli mħabba u nostalġija, Elliot qal li hekk se jibqgħu jiftakruha, bil-ferħ u l-enerġija li kienet imżejna bihom.

“Tidħak, tiżfen, tkanta.... Ser nimmissjawk għażiża tagħna,” kiteb Elliot, waqt li esprima kemm se jħossu n-nuqqas tagħha.

Huwa kompla bil-kliem: “Issa mur iltaqa' man-nannu u sellili għalih... U iżfen waħda miegħu fil-ġenna.”

Elliot temm il-messaġġ tiegħu billi ddedikalha kliem ta’ mħabba u talb: “Inħobbuk Nann... Hu ħsiebna min hemm fuq. Strieħ fis-Sliem Nann.”

Flimkien mal-messaġġ, Elliot qasam ukoll filmat li jiġbor fih memorja sabiħa immens tan-nanna tiegħu, u li juri wieħed fost il-mumenti prezzjużi li għexu flimkien.

Insellmu l-memorja tagħha, tistrieħ fis-sliem. Kondoljanzi lil Elliot u lill-familjari.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI