"Hi Skuża Li Ma Rridux Tfal Għax Għoliet Il-Ħajja Meta Nannietna Bnew Familji F'Faqar Assolut" – Adam Sullivan

Il-personalità lokali Adam Sullivan saħaq li l-ogħli tal-ħajja m'hijiex ġustifikazzjoni valida għan-nuqqas ta' ħajra fost il-Maltin li jkollhom l-ulied.

Hu semma kif safrattant nannietna li għexu f'perjodu ta' faqar assolut ma kellhomx din il-kriżi u kienu jibnu familji sħaħ.

"Jekk se nibqgħu sejrin hekk il-ġens Malti se jiġi estint filwaqt li aħna lkoll nibqgħu nagħtu t-tort lil ħaddieħor," kompla jisħaq hu.

F'filmat li tella' fuq il-midja soċjali hu semma kif hemm barranin li jiġu f'pajjiżna li jaħdmu sigħat twal fil-ġimgħa u dan sabiex ikunu jistgħu jibagħtu l-flus lill-familji tagħhom.

Dan hekk kif bħalissa r-rata tat-twelid f'pajjiżna hija l-iżjed waħda baxxa fl-Unjoni Ewropea.

@adam_sulli

Why Maltese Will Go Extinct…

♬ halfway down - distvnt & pandora.

Intom x'taħsbu dwar dan?

TikTok / Adam Sullivan u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI