Ħidma Biex Jinqata’ L-Ħaxix Selvaġġ U Jsir Tindif Ta’ Żoni F’Lokalitajiet Madwar Pajjiżna

Haxix

Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division kitbet dwar il-ħidma kontinwa biex ikollna madwarna nadif u fl-ordni.

"Tkompli l-ħidma intensiva tad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni (CMD)! Il-ħaddiema tagħna qed ikomplu bil-ħidma tagħhom ta’ kuljum biex jaqtgħu l-ħaxix selvaġġ u jnaddfu diversi żoni f’lokalitajiet madwar pajjiżna."

Id-diviżjoni tkompli tikteb fuq il-midja soċjali, "B’impenn kontinwu, naħdmu biex inżommu l-ispazji pubbliċi aktar nodfa, siguri u miżmuma għall-benefiċċju ta’ kulħadd. Grazzi lill-ħaddiema kollha tagħna għad-dedikazzjoni u l-ħidma bla waqfien tagħhom! Flimkien għal Malta aktar nadifa u sabiħa!"

Prosit u Grazzi lil dawn il-ħaddiema!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI