“Ħolma Li Saret Realtà” – Direttur Malti Jidderieġi Lil Ian McKellen Fuq Palk Prestigjuż Fl-Iskozja

André Agius iddeskriva bħala “ħolma” l-esperjenza li jidderieġi lill-attur leġġendarju Ian McKellen waqt il-produzzjoni tad-dramm Equinox ġewwa Pitlochry Festival Theatre aktar kmieni din is-sena.

Skont rapport ta’ Times of Malta, Agius kien oriġinarjament involut bħala associate director, iżda spiċċa ngħata r-rwol ewlieni tad-direzzjoni wara li d-direttur oriġinali kellu jirtira għal raġunijiet personali ftit jiem biss qabel bdew il-provi.

Agius qal li kien mument surreali għalih meta ltaqa’ ma’ McKellen għall-ewwel darba, magħruf għal rwoli emblematiċi bħal Gandalf f’The Lord of the Rings u Magneto fis-serje X-Men.

Hu faħħar ukoll il-professjonalità u l-umiltà tal-attur ta’ 86 sena, u qal li minkejja l-esperjenza enormi tiegħu, McKellen baqa’ dejjem pożittiv u dedikat waqt il-provi.

L-esperjenza fetħet aktar bibien għal Agius fix-xena internazzjonali tat-teatru, hekk kif fil-ħarifa se jkun qed jirritorna Malta biex jidderieġi produzzjoni oħra ma’ Teatru Malta.







Ritratti:

Instagram / Andre Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI