“Ħabbejtek Ilbieraħ, Inħobbok Illum U Nibqa’ Nħobbok Għada” – L-MP Romilda Zarb Lil Żewġha Daryl

F’okkażjoni ta’ għeluq snin ir-raġel tagħha Daryl, L-MP Romilda Zarb qasmet messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali, fejn esprimiet l-imħabba u l-apprezzament tagħha għall-vjaġġ li qed jaqsmu flimkien.

“Wow… is-7 birthday li qed niċċelebraw flimkien!” kitbet Romilda, filwaqt li ddeskriviet dawn is-snin bħala “roller coaster” mimli tlugħ u nżul, sfidi, sagrifiċċji, daħk u dmugħ. Minkejja l-mumenti diffiċli, sostniet li kull esperjenza kompliet issaħħaħ ir-relazzjoni sabiħa tagħhom.

Fil-messaġġ tagħha, Romilda rringrazzjat lil Daryl għall-impenn li bih flimkien qed irabbu lit-tfal. Enfasizzat l-aktar fuq il-paċenzja, is-sagrifiċċji u l-imħabba li tqis bħala l-pedament tal-familja tagħhom. Hija fakkret ukoll li mhux kull ġurnata tkun faċli, iżda l-importanti hu li jibqgħu jagħżlu lil xulxin u jikbru flimkien.

Il-messaġġ tagħha ntemm bil-kliem romantiku: “Ħabbejtek ilbieraħ, inħobbok illum u nibqa’ nħobbok għada… u f’kull għada li għad irid jiġi.”

Nawguraw lil Daryl għeluq snin mill-isbaħ u ħafna aktar memorji sbieħ flimkien mal-għeżież tiegħu!

Ritratt:

Instagram/ Romilda Zarb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI