Bil-Filmat: "Huwa Kruċjali Li Meta Wliedna Jħarsu F'Għajnejna… Dak Li Jaraw Hu Xi Ħadd Li Jemmen Fihom" – Omm Iben Transgender

Sylvana, omm Miles, qasmet il-filmat li binha xeħet fuq il-mezzi soċjali biex jirringrazzja lill-ġenituri tiegħu li wreh sapport mill-ewwel ġurnata li fetaħ qalbu magħhom. Storja ta’ spirazzjoni kbira. Spirazzjoni kemm għal żgħażagħ li għaddejjin minn sitwazzjoni simili bħal Miles jew anke ġenituri li għaddejjin minn sitwazzjoni simili ta’ Sylvana.

Sylvana tikeb, “”Huwa kruċjali li meta wliedna jħarsu f’għajnejna, irrispettivament miċ-ċirkostanzi li jħallu fuqhom, dak li jaraw hu xi ħadd li jemmen fihom.” Proprju f’jum San Valentinu, Miles jgħid li l-ġenituri tiegħu qed jiċċelebraw il-bidla ta’ ismu u wkoll il-bidu tat-transizzjoni medika tiegħu.

Kemm nieħdu gost nisimgħu bi stejjer bħal dawn ta’ suċċess. Prosit Sylvana u prosit Miles! Żgur li ħa tispiraw lil ħafna aktar nies. Segwu l-filmat ” target=”_blank”>HAWN.

@milesgonehome

##fyp ##trans ##transgender ##lgbtq ##lgbtqi ##transman ##lgbt ##lgbtq

♬ To Build a Home – Slowed – SelteMemset

Facebook / Sylvana Attard







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI