Il-Paroċċa ta’ Ħal Balzan ippubblikat fuq il-paġna tagħtha post bir-ritratti ta’ esperjenza mill-isbaħ li kellu abbati Malti, Gianluca Bonavia, fejn għal darb’oħra kellu x-xorti li jiltaqa’ mal-Papa Franġisku.
Dan ġara matul dan ix-xahar, fejn flimkien ma’ abbatini oħra serva fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. “Matul ix-xahar t’Awwissu 2021, Gianluca Bonavia, wieħed mill-Abbatini tal-Parroċċa, kellu x-xorti li jservi fil-Bażilika ta’ San Pietru, Ruma, flimkien ma’ grupp ta’ Abbatini Maltin. Huwa ltaqa’ mal-Papa Franġisku aktar minn darba u fih ħass il-preżenza ta’ Ġesu’.”
Il-Parroċċa tappella għal aktar kontribut mill-abbatini Maltin. “Nifirħu lil Gianluca u nistiednu tfal minn 7 snin ‘il fuq biex jiġu jagħmlu l-esperjenza ta’ abbatini fil-parroċċa. Min jaf jekk xi ħadd minnhom tmissux din ix-xorti fis-snin li ġejjin?”