"Iċ-Ċelebrazzjoni Tal-Ħajja Tal-Għeżież Kunjati Manuel U Doris Buhagiar Se Ssir Nhar Is-Sibt…" – L-Attur Clive Piscopo

L-attur lokali Clive Piscopo kiteb ringrazzjament għas-sapport kollu li rċevew hu u l-familja tiegħu wara t-telfa ta' Manuel u Doris Buhagiar, li huma l-kunjati tiegħu. 

"Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tal-għeżież kunjati Manuel u Doris Buhagiar se ssir nhar is-Sibt 4 t’Ottubru fid-9:00am ġewwa l-Knisja Arċipretali ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li kienu ta’ sapport, għenuna fil-proċeduri tal-kremazzjoni, u kienu ta’ spalla f’dan iż-żmien tant diffiċli. Hija x-xewqa tal-familja li flok fjuri tingħatha donazzjoni lil Puttinu Cares. Fil-knisja se jkun hemm kaxxa apposta fejn wieħed jista’ jitfa d-donazzjoni tiegħu."

Kuraġġ Clive. Tinsabu lkoll f'talbna u ħsibijietna f'dal-mument diffiċli.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI