Il-ħaddiema tal-Aġenzija Żgħażagħ jagħmlu ħafna xogħol għaż-żgħażagħ Maltin, fejn jagħtu ħafna għajnuna b’modi differenti.
Il-Kunsill Studenti MCAST għadu kemm premja lil din l-entità għax-xogħol li jagħmlu, għas-sapport li joffru lill-istudenti u talli dejjem ikunu hemm għalihom.
“Grazzi tal-motivazzjoni u l-inkoraġġiment li tajtuna tul is-snin; iż-żgħażagħ huma l-ispirazzjoni tagħna”, kitbu l-Aġenżija Żgħażagħ fuq il-paġna tagħhom.
Nawgurawlhom għal dan il-premju u għal aktar xogħol u dedikazzjoni lejn iż-żgħażagħ tagħna.
Facebook / Aġenzija Żgħażagħ