Minn nhar il-Ħadd li ġej ser jirritorna l-programm ESPERTI, fejn ħa naraw bosta tfal jipparteċipaw flimkien u jwieġbu diversi domandi. Dan hu programm li beda snin ilu u minnufih intlaqa' mit-telespettaturi.
Mark Doneo kiteb dwar dan. "Iġri jibda. Narawkom nhar il-Ħadd li ġej fin-12:30." Ixerred anke filmat li juri mumenti minn dak li għandna nistennew fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Louise Doneo ser tkun qed tippreżenta mill-ġdid il-programm. Hi xerrdet post dwar dan u tfakkar lit-telespettaturi għall-appuntament ta' ESPERTI.