Illum jiċċelebra għeluq sninu l-artist lokali u wieħed mill-aktar kantanti maħbubin f’pajjiżna, Klinsmann. L-artist jagħlaq 36 sena, tragward importanti fil-ħajja ta’ kull persuna.
Matul is-snin, Klinsmann kien preżenza kostanti fuq il-palk Malti, u dan l-aħħar reġa’ għamel ir-ritorn tiegħu fix-xena mużikali b’numru ta’ singles ġodda li laħqu qalb il-pubbliku – fosthom Unknown, Paper Boat, Survivor, u Something Real, li kollha juru maturità artistika u sens ta’ awtentikà.
Bosta qraba, ħbieb u segwaċi f’Malta u lil hinn bagħtulu l-awguri tagħhom f’dan il-jum speċjali. L-imħabba u l-appoġġ li Klinsmann jirċievi huma xhieda tal-impatt li għamel tul il-karriera tiegħu.
F'post li tefa' jirringrazzja lil kulħadd kif ukoll jikteb, "36 sena... kif ġrat din? Onestament iħossni xxurtjat b'tant ħbieb veri u familjari madwari."
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din l-okkażjoni speċjali. Nittamaw li jkollu jum imdawwal bl-imħabba ta’ dawk li jħobb u sena ġdida mimlija saħħa, hena, ispirazzjoni u proġetti li jkomplu jpoġġuh fuq quddiem nett fix-xena artistika lokali. Awguri mill-qalb, Klinsmann!