Il-Membru Parlamentari Stanley Zammit ifakkar b’qalbu kollha l-memorja tal-għażiża ommu li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem 30 sena ilu. Hu jsemmi kemm iħoss li qiegħda miegħu f'kull pass li jagħmel.
"Ma, ilek 30 sena li ħallejtna, imma għadni nħossok ħdejja kuljum. Kull meta nitniehed 'iva, Ma, kellimni!' nisimgħek fil-mara, li int ħabbejt u berikt. Daqshekk ilna ma niltaqgħu imma narak kuljum f'uliedi li pprovajt ngħaddilhom l-aħjar li għaddejtuli inti u missieri."
Stanley jkompli, "Ma aħniex perfetti. Mal-qamħ għandna is-sikrana. Berikna u ibqa' itlob għalina biex ngħażluhom u nitgħalmu mill-għażliet tagħna. Sellili u nsellilek għal kull minn jgħidli, 'kemm kienet mara sewwa ommok!'"
Kuraġġ dejjem Stanley. Insellmu l-memorja tal-għażiża ommok.
Facebook/ Stanley Zammit