“L-Arċisqof Charles Scicluna Llum Ingħaqad Ma’ Familt Daphne Caruana Galizia Għal Mument Privat Ta’ Talb” – L-Arċidjoċesi Ta’ Malta

Illum huwa d-disa’ anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia - qtil li ħasad lin-nazzjon kollu. F’dan il-jum, l-Arċisqof Charles Scicluna għamel laqgħa mal-familja ta’ Caruana Galizia għal mument privat ta’ talb.

“It-talb kien jinkludi qari mill-Ktieb ta’ Kóħelet b’akkumpanjament mużikali provdut mill-arpista Jacob Portelli. Wara l-Arċisqof bierek lil dawk preżenti,” kitbet il-paġna tal-Facebook, Arċidjoċesti ta’ Malta. “Il-laqgħa offriet opportunità lill-Arċisqof biex jesprimi s-solidarjetà kontinwa tiegħu mal-familja tas-Sinjura Caruana Galizia fit-tfittxija tagħhom għal ġustizzja sħiħa għall-qtil ta’ omm, mart raġel, oħt u bint, u biex jiġu miftakra Daphne u ommha fi spirtu ta’ riflessjoni u talb.”

“Is-Sinjura Caruana Galizia nqatlet brutalment fil-Bidnija fis-16 ta’ Ottubru, 2017.”

Ritratt:

Facebook / Archdiocese of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI