Il-paġna uffiċjali Association for Abondoned Animals kitbet li l-aħħar ġeru li kien joqgħod magħhom jidher li ġie adottat ukoll. Għalkemm huma jħossu n-nuqqas tagħhom meta jħallu s-santwarju.
“Iċ-ċkejkna Abby kienet l-aħħar ġeru li kien fadal fis-santwarju… u issa telqet ukoll. Il-kamra li darba kienet mimlija ħlejjaq ċkejknin u enerġija issa hi kwieta, u filwaqt li se nimmissjawha, qlubna huma ferħanin għax jafu li bdiet ħajja ġdida f’dar mimlija mħabba. Nawgurawlek ċkejkna Abby – tikber kuntenta, sigura u maħbuba.”
L-assoċjazzjoni qasmet anke ritratti ta’ Abby, fejn ħafna ikkummentawlha u ħallew xi reazzjoni fuq il-post.