"Id-9:20… Sena, Għadek Ittir Hemm Fuq, Dejjem" – Rebecca Zammit Lupi Ħallietna Bħal-Lum Sena Ilu

Kien it-3 ta’ Jannar 2021, meta t-tim ta’ Puttinu Cares ħabbar il-mewt ta’ Rebecca Zammit Lupi fuq il-paġna uffiċjali u ddeskrivewha bħala eroj silenzjuża. Ilkoll sellmu l-memorja ta’ Rebecca u qalulha biex “ittir fil-għoli tas-sema u tiżfen mal-anġli, fejn ma hemmx aktar biża’ u ma hemmx aktar sofferenza.”

Missierha Darrin Zammit Lupi aktar kmieni tefa’ xi ritratti tagħha u fakkar il-mument iebes meta ħallietna t-tifla tant kuraġġjuża sal-aħħar u ispirat tant nies. Dalgħodu kiteb, “Id-9.20…sena, għadek ittir hemm fuq, dejjem.” Rebecca kienet tifla li ispirat lil kull min kien jafha, kemm dawk tamparha kif ukoll anke dawk kollha i kienu jafuha mill-viċin.

Il-memorja ta’ Rebecca u dak li għaddiet minnu ġie mhemuż fi proġett magħmul minn missierha. Dan il-fotodokumentarju ta’ qsim il-qalb missierha tellgħu fuq Reuters, fejn iddokumenta l-istorja ta’ Rebecca wara li nstabilha kanċer rari w aggressiv fl-għadam. Rebecca għaddiet minn żmien diffiċli ħafna speċjalment meta kellha tagħmel il-kimoterapija. Darrin irrakonta wkoll memorji sbieħ fejn hu u Rebecca marru bil-lejl jaraw l-istilel b’telephoto lens hekk kif Rebecca kienet taffaxxina ruha bl-astronomija u s-sema ta’ bil-lejl.

F’isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Rebecca u nagħmlu kuraġġ lill-familja kollha tagħha. Inżommuhom f’talbna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI