Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Marsalforn, il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li d-data ta’ meta jistgħu jintużaw il-vouchers tal-Gvern ġiet estiża sal-aħħar ta’ Ottubru.
Schembri qal ukoll li mill-bidu tat-tieni round tal-vouchers intnefqu mat-€33 miljun, jiġifieri 74% tal-vouchers li tqassmu. Dawn ħallew impatt pożittiv fuq l-ekonomija u kienu ta’ għajnuna kemm għan-negozji u anke għall-Maltin li ngħataw €100 x’jonfqu.
Facebook / Silvio Schembri